Raġel ta’ 35 sena kien arrestat mill-pulizija l-Erbgħa filgħaxija wara s-sejba ta’ arma tan-nar fil-karozza tiegħu.
Huwa kien imwaqqaf mill-pulizija fil-Ħamrun wara li għamel u-turn illegali.
Jani Cela, li huwa mill-Albanija, u li m’għandhux indirizz irreġustrat f’ismu, kien imressaq quddiem il-Maġistrat Joseph Gatt, il-Ġimgħa waranofsinhar.
Cela kien akkużat bil-pussess ta’ arma tan-nar, ikkargata, frodi, sewqan bla liċenzja u bla assigurazzjoni u sewqan perikoluż.
L-ispetturi Lydon Zammir u Sarah Kathleen Zerafa qalu lill-qorti kif fis-7 ta’ Frarm il-pulizija kienu stazzjoni l-Ħamrun meta raw sewwieq jagħmel u-turn illegali.
Il-pulizija waqfu l-karozza u sabu lil Celas bħala s-sewwieq u Albaniż ieħor passiġier.
Suspetti wasluhom biex jagħmlu tfitxija tal-karozza u hawn fejn instabu l-arma tan-nar kkargata.
Minn aktar investigazzjonijiet irriżulta li Cela kera l-vettura taħt isem preżunt.
Meta mistoqsi fejn joqgħod, Cela qal lill-qorti li kien jgħix Marsaskala iżda issa kien jgħix ma’ sħabu, mingħajr ma speċifika fejn. Qal li bħalissa kien jaħdem f’bar iżda qabel kien ħadem fil-kostruzzjoni.
F'dan l-istadju ma ntalbitx il-libertà proviżorja.