874 reat rappurtati fil-lokalitajiet ta’ Marsaskala, Gudja u Żejtun matul l-2023

Mit-total ta' 874 reat, 189 kienu rigward każijiet ta' serq bejn it-tlett lokalitajiet

Total ta' 874 reat ġie rrapurtat fil-lokalitajiet ta' Marsaskala, il-Gudja u iż-Żejtun matul 2023. 

Dan tħabbar waqt seduta ta' mistoqsijiet parlamentari fejn il-MP Carmelo Mifsud Bonnici staqsa lill-Ministru responsabbli Byron Camilleri fuq kemm seħħew reati f'dawn il-lokalitajiet u kemm minnhom kienu reati ta' serq.

Il-Ministru spejga kif l-għola ammont kien fil-lokalità ta' Marsakala (381) segwiti miż-Żejtun (343 u l-Gudja (150). Minn dawn il-każijiet f'Marsaskala 72 minnhom kienu serq filwaqt li fiż-żejtun kien hemm 65 każ ta' serq irappurtat. Finalment il-Gudja rreġistrat l-inqas ammont ta' serq mit-tlett lokalitajiet, total ta' 52 każ. 

More in Qrati u Pulizija