Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li allegatament ġibed u xerred filmat pornografiku

L-inċident seħħ f'każin tal-boċċi f'Ħal Luqa

Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li allegatament ġibed u xerred materjal pornografiku

Raġel ta’ 35 sena ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li allegatament gibed u xerred filmat li juru żewġ persuni jipparteċipaw f’atti sesswali f’każin tal-boċċi ġewwa Ħal Luqa, liema filmat dar fuq l-internet fil-jiem li għaddew.

Il-prosekuzzjoni qalet li l-Pulizija kienet infurmata bil-filmat, u għamlet investigazzjoni. L-akkużat ġie identifikat wara li tkellmet ma’ numru ta’ nies li kienu preżenti, li għarfu leħnu.

Il-Qorti semgħet ukoll kif l-akkużat allegatament ammetta l-involviment tiegħu f’stqarrija li ta lill-Pulizija, fejn qal li jiddispjaċih għal li ġara, u l-għada kien ċempel lil wieħed mill-vittmi biex jara jekk hux kollox sew.

Id-difiża wieġbet mhux ħatja, abbażi tal-fatt li l-persuni fil-filmat kienu jafu li qed jinġibed. L-avukat tad-difiża saħaq li dan ma kienx każ fejn ittieħed mingħajr kunsens, u lanqas ma kien hemm intenzjoni li ssir ħsara.

Il-Qorti aċċettat it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq il-kundizzjonijiet li ma jersaqx kemm lejn il-każin kif ukoll lejn ix-xhieda jew vittmi.

L-avukati Jason Azzopardi u Kris Busietta dehru għall-akkużat, filwaqt li l-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Paul Camilleri u Kurt Farrugia.

More in Qrati u Pulizija