Raġel arrestat wara sejba ta' 12kg droga u €16,000 fi flus kontanti

Id-droga u l-flus kontanti nstabu waqt tfittxija f'residenza fiż-Żurrieq

Raġel ta' 57 sena jinsab arrestat wara li investigazzjonijiet estensivi tal-Pulizija wasslu għal sejba ta' żewġ kilogrammi droga suspettata kokaina, u 10kg droga suspettata kannabis.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li dawn instabu waqt tfittxijiet f'residenza fiż-Żurrieq, fejn instabu wkoll madwar €16,000 fi flus kontanti. 

Ir-raġel qed jinżamm fil-lockup tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali fil-Furjana, u mistenni jitressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo għall-ħabta tal-10:30 ta' filgħodu.

More in Qrati u Pulizija