Mara titlob biex tirtira l-akkużi kontra żewġha qabel jibda l-każ fl-awla

Il-mara kienet irrappurtat li żewġha sakkar lilha u lil bintha fid-dar, iżda waqt li kien qed jidher quddiem il-Qorti għall-ewwel darba, talbet biex l-akkużi jiġu irtirati

Raġel ta’ 63 sena nħeles mill-akkużi tiegħu wara li l-eks mara tiegħu irtirat l-akkużi kontrih qabel dan kien se jiġi akkużat b’mod formali fil-Qorti. 

Il-mara kienet qed tallega li huwa sakkar lilha u l-binthom f’darhom, u bagħat messaġġi ta’ theddid bejn is-27 u t-28 ta’ Mejju.

Fil-Qorti ġew esebiti biċċiet minn chats  ta’ Whatsapp bejn l-imputat u l-mara, iżda l-avukat tal-mara nforma lill-Qorti li l-klijent tiegħu tixtieq tirtira l-akkużi. Dan hekk kif l-avukat informa l-Qorti li l-mara u r-raġel jgħixu flimkien ma’ binthom, liema bint se tagħlaq sninha l-għada u dalwaqt tibda l-eżamijiet tagħha.

Il-Maġistrat Kevan Azzopardi appella lill-imputat biex jikseb l-għajnuna biex jirranġa s-sitwazzjoni ma’ martu, u wissa lill-imputat, hekk kif qallu li qatt ma jrid jerġa’ jarah fil-Qorti.

Wara li wieżen l-interessi tal-vittmi u anke wlied il-koppja, il-Maġistrat Azzopardi laqa’ t-talba tal-mara, u l-każ intemm.

More in Qrati u Pulizija