Ryan Schembri konxjament wettaq frodi meta ffirma ftehim ta' €3.5 miljun f'debitu

Dan irriżulta minn deċiżjonijiet ta' żewġ każi li More Supermarkets u More Holdings fetħu kontra Edmond Mugliett, Alexander Farrugia, Ryan Schembri u Adrian Agius

Il-Qorti ddikjarat li Ryan Schembri li kien imexxi l-More Supermarkets kien, b'mod frawdolenti rabat il-kumpanija tiegħu ma' €3.5 miljun f'kostituzzjoni ta' debitu meta ma kienx għad kellu rappreżentazzjoni tal-katina ta' supermarkets. 

Dan irriżulta minn deċiżjonijiet ta' żewġ każi li More Supermarkets u More Holdings fetħu kontra Edmond Mugliett, Alexander Farrugia, Ryan Schembri u Adrian Agius. 

Il-Qorti ddikjarat null dan il-kuntratt ta' €3.5 miljun u ddikjarat li Schembri kien ikkometta frodi, ladarba deher għall-firma ta' dan il-kuntratt minkejja li ma kienx għadu rappreżentant tal-katina tas-supermarket in kwistjoni. 

Schembri kien ħarab mill-pajjiż fl-2014 wara li rrapporta €40 miljun fi djun hekk kif falla s-supermarket in kwistjoni. Huwa mifhum li hu kien issellef somom kbar mingħand diversi negozjanti, qabel dawn ma ndunaw li fil-fatt dan ma jistax iħallashom lura, 

Il-kumpaniji li fetħu l-każ qalu li l-ftehim kien iffabbrikat, hekk kif huma qatt ma rċevew ebda self u li d-djun kienu qed jintużaw biex jitħallas s-self. 

Il-Qorti laqgħet it-talba ta' Agius li huwa kien imdaħħal biss fil-Fergħa tas-supermarket tal-Ħamrun u allura ma kienx implikat f'supermarkets oħrajn. Il-Qorti ddeċidiet għalhekk li Schembri konxjament wettaq frodi meta ffirma l-ftehim. 

 

More in Qrati u Pulizija