'Jekk tilgħab mal-ispirti tkun qed tistieden lix-xitan ukoll' - Eżorċista jixhed

L-Eżorċista Dun John Vella jixhed waqt il-każ xokkanti u stramb ukoll ta' raġel akkużat bi stupru u li tterrorizza familja vulnerabbli...

Hekk kif illum kompla jinstema' l-każ ta' raġel li qed ikun akkużat b'abbuż sesswali u stupru, eżorċista qal illi meta mar fid-dar fejn kien qed iseħħ l-abbuż hu ma kienx iltaqa' ma' preżenza mxjatna. L-akkużat kien qed juża leħnu biex iġiegħel lill-omm l-għarusa tiegħu u anke lill-għarusa tiegħu jwettqu atti sesswali xokkanti.  

Aqra x-xhieda xokkanti li ħarġet ilbieraħ fil-Qorti dwar dan il-każ 

Dun John Vella, Patri Kapuċċin xehed illum quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera u qal li fil-fatt kienet l-omm l-ewwel li kellmitu. "Bintha ż-żgħira wkoll xi kultant kienet tiġi għandi," qal Vella. 

Huwa qal li ma jistax jikser is-sigriet tal-qrar u se jixhed biss dwar dak li qaltlu l-omm, barra mill-qrar. 

Iddeksriva d-dar u qal li ġewwa kien "ta' taħt fuq" u li l-art kienet mimlija ħġieġ imkisser u oġġetti oħrajn. Huwa kien bierek id-dar, kif intalab jagħmel filwaqt li huma qalulu illi arloġġ (Grandfather Clock) kien "mexa' waħdu biex jostakola l-kuridur." Qal ukoll li huwa u ħiereġ mid-dar arloġġ waqa' minn fuq il-ħajt, imma sostna li ma setax jikkonferma li dan kien seħħ minħabba raġunijiet sopranaturali. 

Dun Vella kien reġa' mar darba oħra d-dar fejn kien hemm l-omm u ħabib tagħha, "li kien Monte Carmeli u li qalulu illi kien qed jgħin lill-familja." 

Huwa kien qaddes quddiesa u sostna li ma nnota xejn lilhinn minn normal. Biex ikun ċert li ma hemmx preżenza mxajtna fid-dar, kif ukoll biex jagħti assigurazzjoni lill-familja, kien ħa qassis ieħor biex iwettaq l-eżorċiżmu miegħu. 

"Kienu jgħiduli li semgħu l-ilħna. Imma jiena qatt ma smajt xejn... qatt ma smajt xejn." 

Il-qassis qal illi kull minn kellmu - inkluż l-akkużat innifsu - qallu illi kienu beżgħana minn dawn l-ilħna. 

Meta kien mistoqsi jekk devozzjoni tal-Madonna twassalx biex tneħħi l-preżenza mxjatna huwa wieġeb hekk: "Mhux biss. Trid ukoll tkun fil-Grazzja ta' Alla. Jekk tilgħab bl-ispirti. tkun qed tistieden lix-xitan ukoll." 

L-avukat staqsa jekk l-invokar tal-ispirti iġibx żieda fir-riskju ta' seħta jew tbatija. "Ħa ngħidlek," jibda jispjega Dun Vella. "Meta titlob lill-Ispirtu ta' Alla tkun kuntent, għax tkun qrib ta' Alla. Imma meta titlob lill-ispirti ħżiena, naturalment tħossok ħażin. It-talb u s-sagramenti jżommu lilu (lix-xitan) 'l bogħod."  

Huwa qal illi xorta għamel eżorċiżmu tad-dar minħabba lil-familja baqgħet kontinwament tilmenta u titlob biex titbierak id-dar. 

More in Qrati u Pulizija