Raġel jistupra mara, jwaddab lil bintha mit-taraġ għal isfel u jġiegħlom iwettqu atti sesswali 'f'isem l-ispirtu'

Tixhed l-omm li sfat vittma f'każ stramb u xokkanti għall-aħħar, ta' familja li spiċċat vittma ta' leħen żagħżugħ li qal illi jitkellem f'isem l-Ispirti...

Illum qed ikompli jinstema' l-każ kontra żagħżugħ li qed ikun akkużat, fost ħafna affarijiet oħra, li stupra lill-omm it-tfajla tiegħu b'lasta ta' xkupa f'każ pjuttost stramb u xokkanti ta' familja li spiċċat vittma ta' raġel li kien qiegħed jordnalhom jwettqu atti u affarijiet, għat-taparsi f'isem l-ispirti. 

L-omm dalgħodu xehdet fuq il-każ u ddeksriviet lill-akkużat bħala raġel għajjur u pussessiv, li meta mar jgħix fl-istess dar kien dħuli iżda mbagħad kien inbidel ħafna. 

Hija qalet li darba f'jum Santa Marija tal-2018, kienet rieqda u bdiet tħoss l-ilma fuqha, qamet u rat lill-akkużat jgħajjat u lampshade ittir. Hu qalilha biex tmur taqdi l-bżonnijiet tagħha fil-gallarija, filwaqt li qalilha li hu għandu l-Ispitru fuqu. 

L-omm - vittma ta' dawn l-episodji - kienet tibża' ħafna mix-xjaten u s-sopranatural u għalhekk kienet qed tobdi dak kollu li l-akkużat kien qed jgħidilha tagħmel. Hija kellha fil-pussess tagħha diversi oġġetti relatati mas-sopranatural, fosthom voodoo dolls u ouija board. 

Diversi drabi l-akkużat kien jgħid lill-mara biex tagħmel atti sesswali, filwaqt li kienet ukoll taċċetta li bintha tagħtiha daqqiet ta' ponn 

Hija kompliet tgħid li mbagħad kien beda jsawwatha bil-frosta bħala kastig, u xi drabi l-istess leħen kien jgħidilha biex tpoġġi fuq is-sodda rasha 'l isfel u taċċetta s-swat. Għalkemm ma setgħetx tgħid min kien qed isawwatha peress li kellha rasha 'l isfel il-vittma qalet li darba rat lill-istess akkużat jiċċaqlaq warajha u kienet girfitu. 

Imbagħad darba l-leħen magħmul mill-akkużat, kien qal lill-omm biex l-ixkupa li kellu f'idejh tidħol fil-warrani tagħha u f'dak ta' ħabib tagħha. Qalet ukoll li darba l-akkużat qallha illi l-leħen tal-ispirtu talabha biex toqgħod fuq il-mejda sabiex l-akkużat idaħlilha l-ixkupa fil-parti tagħha. Wara l-akkużat daħħal l-istess lasta fil-warrani tal-mara li qalet illi ħasset uġigħ inspjegabbli. 

Intant hija sostniet li kienet ippjanat li tieħu overdose biex titlaq mid-dar kif kienet għamlet bintha. 

Darba, tkompli tgħid l-akkużat kien tefa' lil bintha mit-taraġ għal isfel. 

Is-sieħeb tal-omm kien ipprova jiftħilha għajnejha li l-leħen kien tal-akkużat u mhux ta' spirtu u li kien messha tkeċċi lill-akkużat mid-dar. Iżda t-tifla, u allura l-għarusa tal-akkużat, ma riditx li dan iseħħ.  

Ilbieraħ, meta beda jinstema' l-każ, intqal illi ż-żagħżugħ kien iġiegħel lis-sieħba u lil ommha jagħmlu atti sesswali kontra r-rieda tagħhom u li dawn ir-reati twettqu 18-il sena ilu. 

More in Qrati u Pulizija