Għal darba oħra: Il-Qorti terġa' tiċħad il-ħelsien mill-arrest lil Yorgen Fenech

Fenech ilmenta li issa ilu tlett snin miżmum taħt arrest preventiv u jista' joffri l-garanziji kollha metieġa skont il-Kodiċi Kriminali 

Il-Qorti qed terġa' tiċħad il-ħelsien mill-arrest ta' Yorgen Fenech, ir-raġel akkużat li ordna l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fenech ilmenta li issa ilu tlett snin miżmum taħt arrest preventiv u jista' joffri l-garanziji kollha metieġa skont il-Kodiċi Kriminali biex b'jekk jista' jagħti s-serħan tal-moħħ lil Qorti li se jidher għall-proċeduri penali pendenti.

Minkejja dan, il-Qorti reġgħet ċaħdet it-talba tiegħu. Dakinhar l-Imħallef qalet li l-possibilità li Fenech jaħrab jew ikella jipprova jxekkel il-ġustizzja għadha qawwija. Irreferiet ukoll għal persuni viċin l-akkużat li għadhom qed ikunu investigati mill-Pulizija. 

More in Qrati u Pulizija