Każ Iosif Galea: Spettur bi protest biex jingħata r-rapport kollu tal-Police Complaints Board

Spettur tal-Pulizija li qed jiffaċċja passi dixxiplinarji kontrih wara investigazzjoni mill-Police Complaints Board dwar Iosif Galea qed jisħaq li mhux qed jingħata r-rapport li wassal biex proprju jittieħdu l-passi kontrih...

Iosif Galea
Iosif Galea

Spettur tal-Pulizija li qed jiffaċċja passi dixxiplinarji kontrih wara investigazzjoni mill-Police Complaints Board u li trattat il-kontroversja dwar kif Iosif Galea kien tħalla jsiefer minkejja li kellu Mandat ta' Arrest Ewropew kontrih, fetaħ protest ġudizzjarju hekk kif għadu ma ingħatax aċċess għar-rapport sħiħ tal-Bord. 

Galea, li kien konsulent tal-Gaming, qed jiġi akkużat illi għadda madwar €130,600 lil Uffiċjal tal-Compliance fil-Malta Gaming Authority permezz ta' 177 tranżazzjoni fuq Revolut. L-uffiċjal in kwistjoni - Jason Farrugia, flimkien ma' martu Christine, kienu akkużati b'ħasil ta' flus. Galea kien arrestat waqt li kien qiegħed fuq vaganza fl-Italja, ma' grupp ta' nies fosthom l-eks PM Joseph Muscat.  

L-avukat tal-ispettur sostna illi diversi talbiet biex jingħata r-rapport kienu injorati, filwaqt li qal ukoll illi talab lill-Kummissarju biex jieqaf u jwaqqaf proċeduri interni kontra l-klijent tiegħu sakemm dan l-ispettur jingħata r-rapport sħiħ. Huwa fakkar li l-klijent tiegħu għandu kull dritt li jingħata tali rapport. Kompla jgħid li huwa "interssanti" kif il-midja semmiet żewġ akkużati, inkluż lill-klijent tiegħu, meta l-ismijiet tal-uffiċjali ma ssemmewx fil-konklużjonijiet. "Dan iqajjem tħassib għax huwa l-Kummissarju li jkollu r-rapport sħiħ," temm jinnota l-avukat.

More in Qrati u Pulizija