Ammetta li bagħat ittri b'theddid lil Fenech Adami, Karol Aquilina u Jason Azzopardi

L-akkużat ta' 71 sena ġie arrestat f'Novembru 2021, fuq it-theddid 'serju' li kien bagħat lil diversi Deputati tal-Oppożizzjoni

Aktar kmien illum, raġel ta' 71 sena, ammetta li hu ħati li bagħat ittri li fiha hedded lil membri tal-Oppożizzjoni Beppe Fenech Adami, Karol Aquilina u Ryan Callus, lill-eks Deputat Jason Azzopardi, lill-President tal-NGO Repubblika Robert Aquilina u l-opinjonista Prof. Kevin Cassar. 

Ir-raġel, mill-Belt Valletta, inżamm taħt arrest f'Novembru li għadda. Intant illum hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni ta' evidenza kontrih huwa informa lill-Maġistrat li kien se jiddikjara li huwa ħati. 

Il-Maġistrat appuntat f'dan il-każ fakkar lill-akkużat li dawn kienu theddid serji filwaqt li tagħtu ċ-ċans li jerġa' jaħseb l-ammissjoni tiegħu. Fil-fatt wara ftit mumenti ta' diskussjoni mal-avukat tiegħu, l-akkużat aċċetta t-talba tal-Maġistrat li jingħata aktar żmien biex jerġa' jaħsibha. 

Il-każ se jkompli jinstema' fl-24 ta' Ottubru. 

More in Qrati u Pulizija