Aktar persuni jinstabu jgħixu illegalment f'Malta; Arrestati 25 persuna oħra

Fl-aħħar tliet ijiem instabu madwar 75 persuna li kienu qed jgħixu Malta b'mod illegali 

25 persuna oħra nstabu li qed jgħixu illegalment f'Malta waqt spezzjonijiet li saru kmieni dalgħodu f'Raħal Ġdida u Fgura. 

L-ispezzjonijiet twettqum mill-Pulizija u mis-Servizzi tad-Detenzjoni f'diversi postijiet fejn instabu dawn il-persuni ta' nazzjonalitajiet varji, fosthom mill-Indja, Bangladesh, Sirja u mill-Kolombja, fost oħrajn. 

Din mhux l-ewwel darba li nstabu persuni jgħixu f'pajjiżna b'mod illegali. Fil-fatt sa' tliet ijiem ilu ġew arrestati 49 persuna oħra li kienu f'Malta illegalment. Saru wkoll bosta spezzjonijiet f'San Pawl il-Baħar u f'Buġibba. 

 

More in Qrati u Pulizija