Allega li kien vittma ta' vjolenza domestika ftit qabel ġie rrapportat nieqes

Nicholas Camilleri nstab mejjet fl-inħawi ta' Għajn Tuffieħa u l-Pulizija temmen li l-mewta ma tidhirx li hija waħda suspettuża

Nicholas Camilleri, ir-raġel li nstab mejjet ilbieraħ filgħaxija, allega li huwa kien vittma ta' vjolenza domestika, ftit qabel ġie rrapportat nieqes. Camilleri li kien ilu nieqas mis-17 ta' Ġunju, allega fuq il-profil tiegħu ta' Facebook li apparti li kien vittma ta' vjolenza domestika mill-eks mara tiegħu huwa prova jiftaħ kawża għas-separazzjoni darbtejn. Huwa żied jgħid li membri tal-familja tiegħu stess kienu qed jgħinu lill-mara tiegħu.

Camilleri ntsab mejjet ilbieraħ għall-ħabta tat-tmiena u nofs ta' filgħaxija f'kamra fl-inħawi ta' Għajn Tuffieħa fil-limiti tal-Imġarr. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin iżda sa issa rriżulta li l-mewta tar-raġel ma tidhirx li hija waħda suspettuża. 

Post ta' Dr Lynn Chircop Faure fuq dan il-każ
Post ta' Dr Lynn Chircop Faure fuq dan il-każ

More in Qrati u Pulizija