Ir-raġel irrapportat nieqes jinstab mejjet f'kamra f'Għajn Tuffieħa

Sa issa ma jidhirx li l-mewta tar-raġel hija waħda suspettuża

Ir-raġel li nhar is-17 ta' Ġunju ġie rrapportat nieqes, instab mejjet f’kamra fl-inħawi ta’ Għajn Tuffieħa fil-limiti tal-Imġarr.

Huwa nstab ilbieraħ għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija.

Il-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana ġie infurmat bil-każ u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin iżda sa issa rriżulta li l-mewta tar-raġel ma tidhirx li hija waħda suspettuża.

More in Kronaka