Mara bi ġrieħi serji wara li ntlaqtet b'karozza fil-Marsa-Ħamrun Bypass

L-inċident seħħ tard ilbieraħ filgħaxija 

Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-9:30pm l-Pulizija ġiet infurmata b'inċident tat-traffiku fil-Marsa-Ħamrun bypass. Wara li marret immedjatament fuq il-post, mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li mara ta' 34 sena minn Santa Venera intlaqtet minn Mazda Demio li kienet qed tinstaq minn raġel ta' 30 sena, minn Birkirkara. 

Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b'ambulanza u aktar tard kienet iċċertifikata bi ġrieħi serji. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Qrati u Pulizija