L-Awtoritajiet Taljani jridu li Malti jiffaċċja l-akkużi fl-Italja wara li nqabad b'10 tunnellati kannabis

Dan filwaqt li f'Malta, l-Imħallef għadu jrid jiddeċiedi dwar il-libertà proviżorja ta' dan ir-raġel

Mill-arkivji
Mill-arkivji

Imħallef għandu jiddeċiedi aktar tard dan ix-xahar fuq talba għal miżura prvviżorja li tagħti l-libertà proviżorja lil raġel, li qed jiffaċċja proċeduri ta’ estradizzjoni mibnija fuq talba tal-awtoritajiet Taljani li jriduh jiffaċċja akkużi ta’ kuntrabandu fl-Italja stess.

L-avukati difensuri qed jargumentaw li l-Att dwar l-Estradizzjoni ħoloq sitwazzjoni fejn jekk talba għall-estradizzjoni ta’ persuna tiġi miċħuda mill-Qorti tal-Maġistrati u l-Avukat Ġenerali mbagħad iressaq appell, il-persuna terġa’ tiġi arrestata, minkejja li ngħatat il-libertà proviżorja.

“Għandu jingħata l-ħelsien mill-arrest għax diġà qed jinkiser id-dritt tiegħu għall-ħajja tal-familja, qabel ma jiġi estradit,” sostna wieħed mill-avukati filwaqt li spjega għaliex kienet qed tintalab miżura proviżorja.

L-avukat qal li r-raġel se jkun qed jesebixxi opinjonijiet legali fil-forma ta’ affidavits magħmula minn avukati Taljani dwar il-liġi tal-UE u d-dritt għall-ħajja tal-familja. Huwa qal li d-difiża se tkun qed issejjaħ ukoll għadd ta’ uffiċjali tal-pulizija ta’ grad għoli u segretarji permanenti biex jixhdu.

Min-naħa l-oħra, l-avukat għall-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat, informa lill-Imħallef li se jkun qed jagħmel sottomissjonijiet dwar l-ammissibbiltà u r-rilevanza tal-provi. Il-Qorti tat lill-avukati 3 ġimgħat biex jippreżentaw nota li tagħti dettalji dwar dawn ir-raġunijiet.

More in Qrati u Pulizija