Omm u iben akkużati li attakkaw uffiċjal tal-LESA

L-inċident seħħ nhar l-Erbgħa fl-10:45am fi Triq San Frangisk, San Pawl il-Baħar. 

Omm u iben jingħataw ħelsien mill-arrest wara li allegatament attakkaw uffiċjal tal-LESA f'San Pawl il-Baħar

Il-ġuvni ta' 25 sena u ommu ta’ 66 sena minn San Pawl il-Baħar kienu akkużati li attakkaw u heddew uffiċjal tal-komunità waqt il-qadi ta’ dmirijietu, li weġġgħuh u kisru l-paċi pubblika.

L-Ispettur tal-Pulizija qal lill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras li l-inċident seħħ nhar l-Erbgħa fl-10:45am fi Triq San Frangisk, San Pawl il-Baħar.

Hu qal li l-pulizija kienet ġiet imsejħa biex tintervjeni wara li l-argument kiber, huma ġew arrestati u ġew meħuda għall-interrogazzjoni.

Illum fil-Qorti, huma wieġbu mhux ħatja tal-akkużi. L-avukat tagħhom, talab għal-libertà proviżorja. It-talba ma ġietx opposta mill-prosekuzzjoni.

Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest kontra depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €4,500 kull wieħed.

More in Qrati u Pulizija