Armi u tmien kaxxi ta' munizzjon interċettati mid-dar ta' Scicluna esebiti fil-Qorti

Ikompli l-każ kontra ż-żewġ eks suldati akkużati bil-qtil ta' Lassana Cisse Souleyman

Armi u munizzjon li kienu interċettati mid-dar ta' Lorin Scicluna kienu esebiti fil-Qorti llum hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra ż-żewġ eks membri tal-Forzi Armati akkużati bil-qtil tal-Ivorjan Lassana Cisse Souleymane. Kienu esebiti tliet pistoli u air rifle flimkien ma' tmien kaxxi ta' munizzjon mill-iskwadra ta' kontra l-omiċidji. 

Francesco Fenech ta' 22 sena u Lorin Scicluna ta' 23 sena qed jisħqu li mhumiex ħatja tal-qtil ta' Souleyman kif ukoll tal-attentat ta' qtil ta' Ibrahim Bah u Mohammed Jallow. 

Cisse kien maqtul minn karozza li kienet qed issuq fi Triq il-Ġebel f'Birżebbuġa fl-2019, b'Bah u Jallow jweġġgħu b'mod gravi. 

Il-każ se jkompli jinstema' aktar tard dan ix-xahar.

L-avukati Franco Debono, Kris Busietta u Julian Farrugiaqed jidhru għal Scicluna filwaqt li l-avukati Stephen Tonna Lowell u Giannella de Marco qed jassistu lil Fenech. 

More in Qrati u Pulizija