Raġel arrestat fiċ-Ċirkewwa wara li nstab fil-pussess ta' €55,000 droga

Il-Pulizija kienu ilhom jiem isegwu lir-raġel

Id-droga li nstabet fil-karozza tar-raġel
Id-droga li nstabet fil-karozza tar-raġel

Raġel ta’ 46 sena li joqgħod il-Marsa kien arrestat f’ħidma oħra mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d- Droga. Huwa nqabad b’madwar tliet kilogrammi ħaxixa tal-kannabis.

Wara diversi jiem taħt osservazzjoni, ilbieraħ filgħodu l-pulizija segwew il-vettura li kien qiegħed isuq. Għall-ħabta tal-11:00pm, kif wasal fl-akwati taċ-Ċirkewwa, huwa twaqqaf u saret tfittxija fil-vettura tiegħu.

Fi xkora li kienet fuq wara tal-karozza, il-pulizija sabu tnax-il pakkett bil-kannabis, li l-valur fit-triq li kieku din id-droga nbiegħet, kienet tlaħħaq l-€55,000.

Ir-raġel qiegħed jinżamm arrestat fil-Kwartieri Ġeneral tal-Pulizija, il-Floriana.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija