Raġel jingħata sentenza ta' sitt xhur priġunerija wara li pprova jsiefer b'passaport falz

Raġel li uża passaport falz, jiġi arrestat mill-Uffiċjali tal-Immigrazzjoni fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta

Raġel mill-Kosta tal-Ivorju kien arrestat għal sitt xhur wara li pprova juża passaport falz biex ikun jista' jivvjaġġa. 

Ir-raġel li fil-fatt jgħix l-Italja, kien arrestat ilbieraħ fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta fi triqtu lejn Ruma wara li uffiċjali tal-Immigrazzjoni innutaw illi l-passaport tiegħu kien falz. 

Hu tressaq il-Qorti mill-Ispettur Christian Abela quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, akkużat bil-pussess ta' passaport falz u li konxjament iffalsifikah. 

L-akkużat ammetta l-ħtija bl-avukat difensur Joe Brincat jitlob għall-sentenza minima. 

Il-Qorti tat lir-raġel sentenza ta' sitt xhur priġunerija 

 

More in Qrati u Pulizija