It-tielet suspettat fil-qtil doppju f'Tas-Sliema ħarab minn Malta ... jinħareġ mandat ta' arrest

Il-Pulizija toħroġ mandat ta' arrest kontra t-tielet raġel akkużat bil-qtil ta' Pandolfino u Maciejowski

Christian Pandolfino (xellug) u Ivor Maciejowski (lemin)
Christian Pandolfino (xellug) u Ivor Maciejowski (lemin)

Il-Pulizija Maltija bdiet il-proċess għall-ħruġ ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew sabiex jiġi intraċċat u sussegwentement miġjub lejn Malta t-tielet suspettat allegatament involut fil-qtil doppju li seħħ f’Tas-Sliema nhar it-18 ta’ Awwissu li għadda u li ħalla lit-tabib Christian Pandolfino u s-sieħeb tiegħu Ivor Maciejowski f'għadira demm f'darhom stess.

Dan sar wara informazzjoni li tindika li t-tielet suspettat allegatament involut fil-każ ħarab minn Malta b’titjira lejn pajjiż li jinsab fiż-żona Schengen.

B’rabta ma’ dan il-każ il-Pulizija Maltija diġà ressqet żewġ persuni l-Qorti - Albaniż li nqabad fil-Furjana wara operazzjoni tal-Pulizija u Maċedonjan li nqabad fl-aħħar ħinijiet.

More in Qrati u Pulizija