Raġel mill-ġdid fl-iżbarra wara serqa f'ħanut f'Birkirkara bl-użu ta' sikkina

Raġel akkużat b'serq u li huwa riċediv minħabba reati oħrajn ta' serq

(Arkivji)
(Arkivji)

Raġel kien arrestat wara serqa li saret - bl-użu tas-skieken -  f'April li għadda f'Birkirkara u nżamm fil-kustodja tal-pulizija minħabba li dan ma kienx l-ewwel reat tiegħu. 

Ir-raġel, ta' 34 sena mit-Tuneżija kien imressaq il-Qorti dalgħodu quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia  akkużat b'serq aggravat ta' €600, li żamm persuna kontra l-volontà tagħha, li kien fil-pussess ta' sikkina mingħajr permess u li huwa riċediv. 

L-akkużat għandu passat ta' offiżi kriminali, l-aktar serq u kien diġa' fil-kustodja tal-pulizja għal serqa oħra.  Wara li kien rilaxxat mill-ħabs reġa ddaħħal fuq saħansitra serqa oħra. 

Hu wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih bl-avukat Christopher Chircop ma jitlobx għall-ħelsien mill-arrest. 

L-Ispatturi Fabian Fleri u Lydon Zammit mexxew il-Prosekuzzjoni. 

More in Qrati u Pulizija