Azzopardi akkużat b'disprezz lejn il-Qorti wara li ma jitlax jixhed fuq l-akkuża li Owen Bonnici 'kriminal'

Mal-illum.com.mt jgħid li nesa' u li se jiskuża ruħu mal-Qorti

L-Avukat u Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kien immultat €50 wara li ma deherx il-Qorti llum fuq każ miftuħ mill-Ministru Owen Bonnici. Dan minkejja li l-avukat ta' Azzopardi,  Joseph Zammit Maempel kien preżenti.  Dan il-każ huwa dwar it-tgħajjira u akkuża serja ta' "kriminal" li Azzopardi biha ddeskriva lill-Ministru Bonnici.

B'hekk il-Qorti ddeċiediet li Azzopardi wera' disprezz lejha u weħħlitu multa.

Fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook il-Ministru Bonnici qal li Azzopardi qed iġib ruħu ta' tfal u gwerrier tal-keyboard. 

Intant f'kummenti mal-illum.com.mt Jason Azzopardi qal li se jkun qed jiskuża ruħu mal-Qorti talli , skontu, nesa' hekk kif, ifakkar, bħalissa għaddej bix-xogħol kemm tal-kumpilazjoni tax-xhieda kif ukoll l-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.

More in Qrati u Pulizija