It-tifel ta' Ċensu l-iswed jammetti illi hedded lill-Manuel Delia

Fost il-messaġġi li kien bagħat lill-attivist kien hemm wieħed illi fih qallu biex jagħlaq ħalqu 'qabel ma jkunx tard wisq' 

Manuel Delia
Manuel Delia

It-tifel ta' Ċensu l-Iswed ammetta illi hedded lill-attivist u kelliem ta' Repupubblika Manuel Delia. 

Il-messaġġi li iben Ċensu kien bagħat lil Delia kienu jgħdu, fost oħrajn, 'dmugħ wara d-daħk' u 'għalfejn ma talgħaqx ħalqek darba għal dejjem qabel ma jkun tard wisq' u 'ħadd wara ħadd tasal ta' kulħadd'. It-tifel ta' Ċensu bħal missieru, huwa attivist kbir ta' Adrian Delia. 

Meta dalgħodu beda jinstema' l-każ l-avukat tal-akkużat Malcolm Mifsud qal lill-Qorti illi l-klijent tiegħu xtaq jappoloġizza u li lest illi jintrabat biex ma jersaqx lejn Delia. 

Mistoqsi mill-Qorti jekk jixtieqx li jwaqqa' l-każ, Delia wieġeb fil-pożittiv. 

L-akkużat obbliga lilu nnifsu biex ma jersaqx jew biex ma jdejjaqx lil Delia u lanqas jikkomunika miegħu. 

Għal Delia deher l-avukat Andrew Borg Cardona.

More in Qrati u Pulizija