12-il immigrant jinżammu taħt arrest wara li ħarbu miċ-Ċentru ta' Detenzjoni ta' Ħal Safi

 L-immigranti li ħarbu huma kollha ta’ nazzjonalità Marokkina ħlief immigrant wieħed li hu ta’ nazzjonalità Eġizzjana.

12-il immigrant illi l-bieraħ ħarbu miċ-Ċentru ta' Detenzjoni ta' Ħal Safi se jkunu qed jinżammu taħt arrest.

L-immigrant li għandhom bejn it-18 u 24 sena kienu mixlija li ħarbu mill-kustodja ta' uffiċċjali tas-Servizz ta' Detenzjoni.

Kien ilbieraħ li s-Servizz tad-Detenzjoni informa lill-Pulizija li 20 immigrant  kienu nieqsa miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Safi. L-immigranti huma kollha ta’ nazzjonalità Marokkina ħlief immigrant wieħed li hu ta’ nazzjonalità Eġizzjana.

Huma wieġbu mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrihom bil-Qordi tordna li jinżammu taħt arrest.

More in Qrati u Pulizija