19-il immigrant Marokkin u Eġizzjan jaħarbu miċ-Ċentru ta' Detenzjoni f'Ħal Safi

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin filwaqt li għaddejja wkoll investigazzjoni interna fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Safi

Is-Servizz tad-Detenzjoni dalgħodu infurmaw lill-Pulizija li 20 immigrant  kienu nieqsa miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Safi. L-immigranti huma kollha ta’ nazzjonalità Marokkina ħlief immigrant wieħed li hu ta’ nazzjonalità Eġizzjana.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżultaw diġà fis-sejbien ta’ disgħa mill-immigranti nieqsa miċ-Ċentru ta’ Ħal Safi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin filwaqt li għaddejja wkoll  investigazzjoni interna fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Safi

More in Politika