Raħħala jiftħu kawża fil-Qorti kontra l-Gvern

mill-Qorti

Numru ta’ bdiewa u raħħala fetħu kawża fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-Gvern wara li saru jafu li ammonti ta’ flus li kienu ġew imwegħda biex jagħmlu rinovar fl-irziezet tagħhom kienu tnaqqsu drastikament. 

Il-bdiewa u r-raħala nsistew li huma kienu ffirmaw kuntratti li kienu jgħidu li se jingħataw fondi permezz ta’ skema tal-Unjoni Ewropea li kienet tkopri 50% tal-investiment kapitali tagħhom. 

Qalu wkoll li wara l-elezzjoni ġenerali tal-2013 kienu ġew infurmati li l-fondi li kienu imwegħda tnaqqsu drastikament u għalqastant m’aċċettawx dak li kienu qed jiġu offruti u ressqu lment mad-Direttur tal-Agrikoltura fejn baqa ma ntlaħaq ebda ftehim u li kien għalhekk li ħadu l-każ il-Qorti.  

Il-bdiewa u r-raħħala qed jitolbu lill-Qorti tiddikjara li nkisru d-drittijiet tagħhom. Il-kawża nfetħet mill-Avukati Jason Azzopardi u Kris Busietta. 

More in Qrati u Pulizija