Il-Qorti ordnat lill-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista, NET TV jħallas multa ta' €500 wara li xxandru kummenti libellużi kontra l-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella waqt bulettin tal-aħbarijiet nhar l-10 ta' Awwissu 2013.
Il-programm kien allega li Vella ma niżżilx il-villa li għandu fiż-Żejtun fid-dikjarazzjoni parlamentari tal-assi.
F'seduta separata, il-Maġistrat Francesco Depasquale kien ra lil Vella jippreżenta dokumenti li juru li l-propjeta ma kinetx tiegħu imma tal-mara tiegħu wara li wirtitha mal-mewt ta' missierha.
Minn dakinhar, l-aħbarijiet ta' NET ħarġu korrezzjoni u skużaw ruħhom ma' Vella.