Saċerdot fl-Italja jinstabulu ritratti ta' sorijiet għarwenin

Dan is-saċerdot mill-Kongo qed jiġi indagat fuq omiċidju ta' mara li kellu relazzjoni magħha

Fr Gratien flimkien mal-avukat tiegħu
Fr Gratien flimkien mal-avukat tiegħu
Guerrina Piscaglia ta' 50 sena kellha relazzjoni intima mas-saċerdot
Guerrina Piscaglia ta' 50 sena kellha relazzjoni intima mas-saċerdot
Sabulu ritratti pornografiċi ta' sorijiet li kien jafhom
Sabulu ritratti pornografiċi ta' sorijiet li kien jafhom

Fr Gratien Alabi, saċerdot mill-Kongo li jeżerċita s-saċerdozju tiegħu fl-Italja qed ikun indagat fuq l-għibien ta' Guerrina Piscaglia mill-Arezzo li sparixxiet fl-1 ta' Mejju li għaddha. Waqt l-indaġni li qed jagħmlu l-pulizija sabu li fuq il-kompjuter tiegħu hemm diversi ritratti pornografiċi ta' 'sorijiet' mingħajr velu. 

Is-saċerdot instablu wkoll fil-kompjuter rapporti ma' dawn is-sorijiet permezz ta' chats sesswali. Dejjem skont ir-ritratti li nstabu mill-pulizija fejn ir-ritratti tas-sorijiet kienu mneżża minn qaddhom 'l isfel. Dawn ir-ritratti huma kollha konoxxenti tas-saċerdot li magħhom dejjem żamm rapporti ta' ħbiberija u dan ammettieh hu stess.

Sadattant Padre Graziano talab biex ikun jista' jitlaq mill-Italja. Is-saċerdot mill-Kongo ta' 45 sena li kellu relazzjoni intima mal-mara li għebet qed jitlob biex l-impediment li jista' jsiefer titwaqqa'. L-investigaturi huma konvinti li l-qassis kellu l-mobile tal-mara meta għebet. Kien użah skont l-investigaturi biex taparsi jagħti indikazzjoni li hi ħarbet. U b'hekk ħadd ma kien jaħseb li l-mara ta' 50 sena setgħet ġiet sekwestrata u maqtula. 

More in Qrati u Pulizija