Steward Health Care Malta tappella d-deċiżjoni tal-Qorti u titlob ruling mill-Qorti Ewropea

Il-Kumpanija tiċħad kategorikament is-sentenza tal-Imħallef Depasquale 

Fi stqarrija, Steward Health Care Malta (SHCM) ħabbret li ressqet appell kontra d-deċiżjoni tal-Qorti, li irrevoka il-konċessjoni tal-isptarijiet. SHCM talbet ukoll li jkun hemm ruling mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. 

SHCM ċaħdet kategorikament is-sentenza mill-aktar skjaċċanti tal-Imħallef Francesco Depasquale u qalet illi din ma kelliex bażi ta' evidenza. "In-narrattiva hija żbaljata u din setgħet ġiet pruvata li kieku Steward Healthcare intalbet tressaq l-evidenza. Talba li bħal din qatt ma saret," qalet il-kumpanija filwaqt li spjegat li l-evidenza kienet twaqqa' n-narrattiva. 

Għaldaqstant saħqet illi "dan in-nuqqas, fost oħrajn' għandha riperkussjonijiet fuq is-saltna tad-dritt f'Malta u kwalunkwè investiment barrani fil-pajjiż li jista' jsir fil-futur. Kien għalhekk li għażlu li jitolbu li jkun hemm ruling fil-Qorti Ewropea. 

Intant il-kumpanija qalet illi fost il-provi hija għandha korrispondenza relevanti bejnha u l-Gvern Malti u dokumentazzjoni li jintika kif l-istess kumpanja biddlet negozju "fallut f'entità professjonali u b'saħħitha finanzjarjament." 

Fl-aħħar hija qalet ukoll illi se tibqa' kommessa li topera skont l-ogħla livell professjonali, bil-prijorità fuq l-għoti tas-servizz tas-saħħa lill-pazjenti u l-komunità. 

X'qalet din is-sentenza? Aqra hawn: Gideb, frodi, ħabi u laxkezza... Minn fuq dahar il-poplu! Kif Depasquale biċċer il-kuntratt tal-VGH.

More in Politika