'Għaddew tlett snin minn meta l-ħajja serena li kellna sfaxxat minħabba r-rebgħa ta' ħaddieħor'

Miriam Pace mietet mirduma qalb it-tifrik ta' dahra stess. Tliet snin wara, żewġha jfakkar il-memorja tagħha 

Proprju llum fit-2 ta' Marzu Malta nħasdet bil-mewt mill-aktar traġiku ta' Miriam Pace, omm ta' 54 sena li sfat mirduma qalb it-tifrik ta' darha stess, f'Santa Venera. 

Aktar kmieni illum żewġha, Carmel Pace, fakkar il-memorja tagħha Facebook u f'ittra miftuħa qalilha; "Għaddew tliet snin għażiża tiegħi - minn meta l-ħajja serena li kellna sfaxxat minħabba r-rebgħa ta' ħaddieħor." Pace kienet deskritta bħala mara li kienet taf tħobb, mara twajba, ta' talb u mara bi tbissima unika. Carmel irringrazzja lil Miriam tal-ħajja sabiħa li qasmu flimkien ma' uliedhom, tat-tifkiriet sbieħ u ta' dak kollu li għamlet magħhom. "Int tibqa' f'qalbna u qatt ma jista' jkun li tintesa," żied Carmel. 

Infakkru li d-dar tal-familja Pace iġġarfet kawża ta' kostruzzjoni li kienet qed issir fis-sit ta' maġenbha. F'xhieda fil-Qorti t-tifla tagħha, Ivana Portelli, spjegat illi l-familja tant kienet inkwetata dwar il-kostruzzjoni ma biebhom illi bdew ifittxu għal dar oħra. Miriam tant kienet beżana' illi sostniet li ommha "kienet inkwetata ħafna għax kienet taf b'inċidenti oħra li seħħew. Malli ħarġet in-notifika tal-Awtorità tal-Ippjanar, l-ansjetà żdiedet." 

Madankollu fl-2021, iż-żewġ Periti akkużati bil-qtil tagħha, Roderick Camilleri u s-Site Technical Officer Anthony Mangion nstabu ħatja li ikkawżaw il-kollass tad-dar, li għamlu dikjarazzjoni falza quddiem l-awtoritajiet, wieħed mill-periti ġie akkużat li ma kienx fuq il-post tal-kostruzzjoni waqt li kienu qed isiru xogħolijiet perikolużi u li t-tnejn li huma ikkawżaw il-mewt ta' Pace minħabba negliġenza. B'riżultat ta' dan, Camilleri ngħata 480 siegħa xogħol fil-komunità u ordnat iħallas multa ta' €10,000 filwaqt li Mangion ngħata sentenza ta' 400 siegħa xogħol fil-komunità u multa ta' €8,000. 

More in Politika