Arrigo jesprimi dieqa li twarrab u jgħid li jekk il-PN ma jaċċettax li żbalja 'mhu se jagħmel xejn'

Robert Arrigo jappella lill-PN biex ma jagħtix tort lil dawk li huma mweġġa' mill-partit, li jitkellmu...

Emozzjonat għall-aħħar l-eks Viċi Kap tal-PN Robert Arrigo, fl-aħħar diskors tiegħu fid-Dar Ċentrali, irringrazzja lill-partit u ddeskriva l-aħħar snin bħala esperjenza sabiħa. "Qatt ma kont naf li se tkun esperjenza daqstant sabiħa, li tiġi elett minn żewġ distretti. Ħadd ma għaddieni ħlief Dom Mintoff u Evarist Bartolo."

Arrigo qal li huwa mweġġa' għax sostna li ma jafx għaliex twarrab, għaliex waqt meeting f'Ħaż Żabbar lanqas biss tħalla jitla' fuq il-palk waqt il-kampanja elettorali, "Jiġi Emvin Bartolo u jgħidli inti isfel mhux fuq il-palk. Affarijiet li qatt ma għandhom isiru, jekk irridu nkunu kapaċi inġibu lill-partit kif suppost." 

"Tagħtux tort lin-nies mweġġa' li jitkellmu fuq il-midja soċjali. Dieqa u togħma qarsa għandi," sostna Arrigo li qal illi lilu qalulu li kien biss kapaċi biex jiġbor il-flus." Huwa sostna li r-riżultat ta' Perici Calascione, il-Viċi Kap il-ġdid tal-PN, huwa piż u ħeġġu biex ikun raġel tiegħu nnifsu u mhux ta' ħaddieħor."

"Jekk ma naċċettawx li żbaljajna mhux se nagħmlu xejn, m'aħniex se nirbħu," qal Arrigo. 

Ara kif Alex Perici Calscione kiseb 90% tal-voti tal-Kunsilliera mitfugħa.

More in Politika