Prudente u s-sieħeb tagħha bi pjan li jitfħu kawża kontra l-Gvern Malti minħabba 'trattament inuman'

'Kieku stajna nsalvaw lit-tarbija, salvajniha'... Prudente tisħaq fuq it-trawma li għaddiet minnha li fiha l-ħajja mitlufa tat-tarbija ngħatat prijorità aktar minn saħħitha

Andrea Prudente u Jay Weeldreyer il-koppja li kellhom kumplikazzjonijiet fit-tqala, tant li kellhom bżonn abort se jiftħu kawża kontra l-Gvern Malti minħabba, "it-trawma ta' qsim il-qalb" li għaddiet minnha l-koppja. 

Prudente kellha madwar erba' xhur tqala meta ġiet Malta iżda sfortunatament esperjenzat korriment. Dan ma kienx korriment normali jiġifieri li l-qalb tal-fetu waqfet tħabbat. Madankollu kawża tal-kumplikazzjoniet mediċi li esperjenzat l-omm għamiltha diffiċli ħafna biex il-fetu jsalva. Dan b'detriment għas-saħħa ta' Prudente li, minn mument għall-ieħor, seta' jkollha infezzjoni fid-demm. 

Ir-raġuni għaliex din il-koppja se tkun qed tiftaħ il-kawża kontra l-Gvern Malti hija għax ġiet rifjutata li ttemm it-tqala, li ma kinitx vijabbli. Dan apparti li t-tobba ma setgħux jassistuha medikament minħabba r-riskju li tittiħdilhom il-liċenzja u għaliex l-abort f'Malta huwa illegali. Għaldaqstant l-omm kellha tiġi trasportatha fi Spanja għall-kura li kellha bżonn. 

Il-koppja saħqet mat-Times of Malta li la darba tmur lura d-dar, "se nieħdu l-azzjoni meħtieġa kontra Malta. Din kollu kien trattament inuman u rridu nagħmlu dak kollu li nistgħu biex ma jerġax jiġri dak li ġara lilna. Beħsiebna niftħu kawża kontra l-Gvern Malti." 

Hija saħqet li ma setgħetx tifhem għaliex "il-ħajja tal-fetu, li kienet diġà mitlufa, ingħatat aktar importanza minn ħajti." Hija temmet tgħid li t-telfa tat-tarbija kienet diġà kiefra, "biex tkompli tiftaħ il-ferita, ħassejna li konna qed niġu ittorturati. Ma stajniex insalvaw it-tarbija, kieku stajna salvajniha. Għaliex se jkomplu jinsisstu fuq din il-liġi?" 

'Każijiet bħal ta' Prudente narawhom kważi tliet darbiet fis-sena f'Malta' 

Intant ilbieraħ 135 tabib, bi speċjalizzazzjonijiet differenti, iffirmaw protest ġudizzjarju biex jipprotestaw kontra Artikolu 243 tal-Kodiċi Kriminali, li jimpedihom milli jkun jistgħu jimpedihom milli jkunu jistgħu jipprovdu l-aħjar kura għall-pazjenti tagħhom, speċjalment f'sitwazzjonijiet li jkun hemm kumplikazzjoniet fit-tqala. Għaldaqstant f'dan il-protest, mressaq mill-Professur Isabel Stabile, it-tobba talbu li ma jiġux kriminalizzati talli joffru kura immedjata lill-pazjenti f'dawn is-sitwazzjonijiet. 

Fi stqarrija Stabile saħqet li din il-kriżi medika li rajna fil-każ ta' Prudente huwa stmat li jseħħ kważi tliet darbijiet fis-sena f'Malta u ħafna min-nisa li jgħixu Malta m'għandhomx assigurazzjoni privata li tgħinhom jieħdu l-kura neċessarja lil hinn minn xtutna.

More in Politika