Fearne iħeġġeġ lill-anzjani biex jieħdu l-booster hekk kif il-każi tal-Covid-19 jiżdiedu

Il-Ministru qal li ż-żieda fit-trasmissjoni tal-virus issaħħaħ l-importanza li l-pajjiż iżomm livelli għolja ta' immunità u għalhekk l-anzjani li ma marrux għall-ewwel appuntament għat-tieni booster se jirċievu stedina oħra

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħeġġeġ lil dawk li għandhom aktar minn 65 sena biex jieħdu t-tieni doża tal-booster kontra l-Covid-19.

Fuq Twitter, il-Ministru Fearne għamel referenza għaż-żieda ta' infezzjonijiet li ġew irreġistrati fl-aħħar jiem u saħaq li dan ikompli jikkonferma kemm hu importanti li l-pajjiż iżomm livelli għolja ta' immunità.

Porpju għalhekk li Fearne qal li d-Dipartiment tas-Saħħa se jkun qed jibgħat appuntament ieħor lil dawk li kollha li għandhom aktar minn 65 sena u li ma marrux għall-ewwel appuntament.

Ftit tal-jiem ilu, il-Ministru Fearne qal li varjant ġdid tal-varjant Omicron tal-Covid-19 daħal f'Malta u wassal għal żieda fit-trasmissjoni tal-virus.

Dan il-varjant, magħruf bħala Omicron XE, huwa varjant magħmul minn taħlita bejn żewġ varjanti differenti u huwa aktar infettiv anke jekk sa issa ma jidhirx li qed jikkawża sintomi aktar severi.

Aqra wkoll:

More in Politika