Eve Borg Bonello se ssir l-iżgħar Deputat fl-istorja tal-Parlament Malti

Borg Bonello se tkun eletta hekk kif se jkun qed jitħaddem għall-ewwel darba l-mekkaniżmu tal-ġeneru

Eve Borg Bonello se tkun eletta Deputat tal-Partit Nazzjonalista hekk kif se jkun qed jitħaddem għall-ewwel darba l-mekkaniżmu tal-ġeneru li se jkun qed jara l-Parlament jikber bi tnax-il Deputat, kollha hemm huma nisa.

Dan ifisser li Borg Bonello, li għad għandha 18-il sena, se tkun l-iżgħar Deputat fil-Parlament Malti u possibbilment anke fid-dinja.

Borg Bonello se tiġi eletta hekk kif Rebekah Cilia rnexxielha tidħol fil-Parlament permezz tal-elezzjoni każwali li saret fuq is-seba' distrett u ma kellix bżonn il-mekkaniżmu tal-ġeneru.

Borg Bonello ħabbret li se tikkontesta l-elezzjoni ftit jiem biss qabel kienet issejħet l-elezzjoni. Hija dejjem qalet li ma għandhiex riżorsi u lanqas uffiċċju, tant li kienet tarma mejda u tiltaqa' man-nies fuq ix-xatt ta' Tas-Sliema.

Hija attivista ħafna mhux biss fil-PN imma anke fis-soċjetà ċivili fejn saħansitra ġieli indirizzat protesti li saru kontra l-korruzzjoni u li jfakkru wkoll lil Daphne Caruana Galizia

Aqra wkoll:

More in Politika