"Ma kontx sorpriż." Hekk saħaq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista meta mistoqsi dwar il-fatt li lbieraħ, l-eks Deputat Nazzjonalista Mario Galea indirizza attività tal-Partit Laburista.
Waqt intervista fir-Rabat, bħala parti mill-kampanja elettorali, Grech saħaq li Mario Galea mar biex jitkellem dwar is-saħħa mentali li tant jitkellem dwarha.
Fakkar li Galea stess qal li twieled u jmut Nazzjonalista u insista li l-bieb tal-PN jibqa' miftuħ għal kulħadd.
L-eks Deputat Nazzjonalista lbieraħ tkellem u fetaħ qalbu dwar il-problemi tas-saħħa mentali u anke l-mumenti meta kien wasal biex iwettaq suwiċidju.
Huwa appella biex wieħed jinnormalizza d-diskussjoni dwar is-saħħa mentali u s-suwiċidju biex aktar nies jitkellmu u ma jiddejqux ifittxu l-għajnuna.
Aqra wkoll: