Il-kriżi fl-Ukrajna terġa' twaqqaf lill-PM mill-kampanja elettorali; Se jattendi summit fi Franza

Is-summit mistenni jsir bejn l-10 u l-11 ta' Marzu

Għat-tieni darba, il-Prim Ministru Robert Abela se jkollu jieqaf għal ftit jiem mill-kampanja elettorali hekk kif se jkun qed jattendi għal summit li se jsir fi Franza dwar il-kriżi fl-Ukrajna.

Il-ġimgħa li għaddiet, il-President Franċiż Emmanuel Macron ħabbar li kien se jsejjaħ summit għall-mexxejja tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea biex tkun diskussa l-kriżi fl-Ukrajna.

Bħalissa, Franza, għandha f'idha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Is-summit mistenni jsir bejn l-10 u l-11 ta' Marzu.

Ftit tal-jiem ilu, il-Prim Ministru kellu jħalli l-kampanja elettorali biex jattendi għal summit tal-Kunsill Ewropew li sar fi Brussell.

Aqra hawn l-aħħar dettalji dwar dak li seħħ fl-aħħar sigħat fl-Ukrajna.

More in Politika