Int taħdem mal-Air Malta? Ara hawn kif se taħdem l-iskema ta' trasferiment tal-impjieg
Kull ħaddiem se jkun qed jingħata opportunità ta' xogħol bl-istess paga

More in Politika
Kull ħaddiem se jkun qed jingħata opportunità ta' xogħol bl-istess paga
Illum il-Ministru Clyde Caruana saħaq li bħala parti minn pjan biex tkun salvata l-Air Malta, hemm bżonn li l-linja tal-ajru tnaqqas nofs il-ħaddiema tagħha.
Madanakollu dawn mhux se jispiċċaw bla xogħol. Il-Ministru ħabbar skema li permezz tagħha, dawk li japplikaw, se jkun qed jinstabilhom xogħol ieħor mal-Gvern.
Minn madwar 900 ħaddiem li hemm preżentement jaħdmu mal-Air Malta, dawn se jkunu qed jonqsu bin-nofs.
300 minnhom huma dawk il-ħaddiema tal-ground handling. Dan is-servizz se jieqaf kompletament u minflok se jibda jsir minn kumpanija privata li għalissa għadha ma ġietx identifikata.
Apparti dawn, se jkunu qed jitnaqqsu madwar 120 ħaddiem ieħor li jaħdmu jew fl-amministrazzjoni jew inkella bħala parti mill-cabin crew.
Kif se taħdem din l-iskema?
Wara, l-istess skema se tkun qed tiftaħ għal dawk li jaħdmu fil-ground handling, bil-proċess u l-kundizzjonijiet se jkunu l-istess.
Dan il-proċess irid ikun lest kollu fl-ewwel sitt xhur tas-sena.
Bis-saħħa ta' din il-miżura biss, l-Air Malta se tkun qed tiffranka €15-il miljun.
Aqra aktar fuq: