Filmat | 'Inkjesta wara l-oħra ma kkonkluditx li kien hemm nuqqas mill-ħabs' - Byron Camilleri

Il-Ministru wiegħed li hu lesti li jimplimenta l-miżuri u r-riformi kollha li jiġu rrakkomandati mill-inkjesta ministerjali li qed issir dwar l-operat tal-ħabs

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Byron Camilleri, saħaq li dalgħodu kien hemm qbil, bejnu u bejn id-Direttur tal-Ħabs, Alex Dalli biex dan jissospendi lilu nnifsu.

F'kummenti mal-ġurnalisti tal-MediaToday, il-Ministru wiegħed li hu lesti li jimplimenta l-miżuri u r-riformi kollha li jiġu rrakkomandati mill-inkjesta ministerjali li qed issir dwar l-operat tal-ħabs.

Insista li dwar kull mewta li seħħet fil-ħabs kien hemm inkjesta. Fi kliemu, kienet inkjesta waħda biss li kkonkludiet li kien hemm nuqqas min-naħa tal-ħabs.

Fi kliemu, il-maġġoranza assoluta tal-inkjesti kkonkludew li kull mewta fil-ħabs "kienet waħda naturali."

"Jiena dejjem iddeċidejt fuq il-fatti. Inkjesta wara l-oħra ma kkonkluditx li kien hemm nuqqas," insista l-Ministru.

Mistoqsi dwar jekk jaħsibx li għandu jerfa' r-responsabbilità tiegħu, għall-imwiet fil-ħabs, il-Ministru dawwar kliemu fuq il-Partit Nazzjonalista u saħaq li l-PN huwa l-aħħar wieħed li għandu jitkellem fuq il-ħabs, għax fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista, is-sitwazzjoni fil-ħabs kienet ta' "free-for-all."

Ta' min ifakkar li bħalissa, il-Pulizija qed tinvestiga l-istorja li ppubblikat il-gazzetta ILLUM, jiġifieri li d-Direttur tal-ħabs Alex Dalli, allegatament, ġieli hedded priġunieri b'arma tan-nar. Ikkonferma dan l-eks gwardjan Emmanuel Cassar.

Kampanja: Inwaqqfu l-ħniżrijiet f'Kordin

Alex Dalli u Randolph Spiteri, l-Assistent tiegħu, qed jippruvaw jagħlqu ħalq il-gazzetta ILLUM b'libell. Dawn jiswew il-flus. L-edituri u l-ġurnalisti għandhom bżonn is-sostenn tagħkom. Din mhijiex biss ġlieda tal-gazzetta ILLUM imma hija ġlieda favur id-dinjità umana u kontra l-ħniżrijiet li għaddejin f'Kordin. Ibgħatu d-donazzjonijiet tagħkom lill-gazzetta ILLUM. Tistgħu tagħmlu dan permezz ta' trasferiment fil-kont b'dawn id-dettalji:

Benefiċjarju:    MediaToday Company Ltd                           

Bank:         Bank of Valletta p.l.c.                         

SWIFT Code:  VALLMTMT                           

IBAN: MT71VALL22013000000040013525383

jew inkella permezz ta' ċekk, indirizzat lil MediaToday Ltd, fuq dan l-indirizz: Mediatoday Ltd. Vjal ir-Rihan San Gwann, SGN9016. 

Il-gazzetta ILLUM għaddejja wkoll b’kampanja illi permezz tagħha qed titlob lin-nies; lil dawk li kienu l-ħabs, lil dawk li għandhom xi ħadd jiġi minnhom li jinsab jew li jaħdem fil-Ħabs jew inkella lil dawk li jaħdmu mal-priġunieri jew inkella l-priġunieri infushom, biex jitkellmu dwar esperjenzi li għaddew minnhom jew li raw fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. 

Il-vuċi tagħkom magħna tista' tbiddel l-affarijiet, fejn dawn mhux qed isiru sew! Għalhekk nistednukom biex tibgħatu email fuq [email protected] jew [email protected] jew inkella iċċemplu fuq in-numru 21382741/ 3 jew 21382745 / 6. 

L-identità tagħkom tibqa' waħda kunfidenzjali jekk intom titolbu għal dan.

More in Politika