Repubbika tgħid li l-UE għandha tirrikonoxxi li falliet meta ħalliet l-impunità tikber f'Malta

'Ninsabu ċerti li inti taqbdel li l-iżviluppi ta' dan l-Istat Membru tal-UE hu ta' falliment għall-Unjoni nnifisha.'

F'ittra lill-President tal-Kummissjoni Ewropae Ursula Von Der Leyen, Repubblika talbu biex l-Unjoni Ewropea tieħu r-responsabbiltà li tirrikonoxxi l-falliment tagħha meta ppermetti s-sitwazzjoni tiggrava u tieħu l-għeruq fi stat membru.

L-għaqda fakkret lill-President li sena ilu, waqt il-pubblikazzjoni tal-ewwel rapport tal-UE dwar l-istat tad-dritt, hija stess kienet iddikjarat li "l-istat tad-dritt u l-valuri komuni tagħna huma l-pedament tas-soċjetajiet tagħna. Huma parti mill-identità komuni tagħna bħala Ewropej, l-istat tad-dritt jipproteġi lin-nies mill-ħakma tal-qawwija."

Minkejja dan, l-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta' Daphne fix-xhur li għaddew, juru Malta falliet meta ħalliet l-impunità tikber tant li swiet ħajja ta' ġurnalista.

"Ninsabu ċerti li inti taqbdel li l-iżviluppi ta' dan l-Istat Membru tal-UE hu ta' falliment għall-Unjoni nnifisha." 

Repubblika temmet l-ittra billi talbet għall-miżuri meħtieġa min-naħa tal-Kummisjoni stess biex tipprevjeni l-iżvilupp ta' sitwazzjonijiet simili f'Malta.  Filwaqt li tennew li l-UE tkun qed tfalli liċ-ċittadini tagħha jekk tinjora dan kollu.

L-ittra ffirimata mill-President ta' Repubblika Robert Aquilina, ntbatet propju llum hekk kif von der Leyen se tkun qed iżżur pajjiżna biex tibda l-proċess tat-trasferiment ta’ fondi Ewropej. L-istess fondi li se jiġu użati sabiex il-pajjiż jegħleb id-diffikultajiet finanzjarji li ġabet magħha l-pandemija Covid-19.

Malta se tkun allokata €345 miljun bħala parti minn pjan ta’ rkupru approvat mill-UE. Von der Leyen se jkun qed tiltaqa' mal-Prim Ministru Robert Abela biex b’mod simboliku tgħaddi l-flus, kif qed tagħmel ma’ kapijiet tal-Istati Membri l-oħra.

Ara wkoll:

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea tfaħħar riformi li saru f'Malta biex tissaħħaħ is-Saltna tad-Dritt

More in Politika