Żewġ uffiċjali tal-ħabs se jitressqu l-Qorti dwar każ ta' attentat suwiċidju f'Kordin

Inkjesta maġisterjali sabet nuqqasijiet fil-konfront taż-żewġ uffiċjali korrettivi li ġew sospiżi minn xogħolhom b'mod immedjat

Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi qal li għadu kemm ġie mgħarraf li l-Pulizija se tkun qed tressaq il-Qorti żewġ uffiċjali korrettivi quddiem il-Qorti b'rabta mal-każ ta’ attentat suwiċidju li seħħ fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin nhar is-16 ta’ Ġunju 2021

Fi stqarrija, il-Ministeru spjega kif inkjesta maġisterjali li nfetħet wara dan il-każ sabet nuqqasijiet fil-konfront taż-żewġ uffiċjali korrettivi.

Qal ukoll li l-ħaddiema konċernati kienu sospiżi b’mod immedjat u huma wkoll soġġetti għall-proċeduri quddiem il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. 

Huwa se jitressqu l-qorti fuq ċitazzjoni u mhux taħt arrest. 

Il-Ministeru fakkar ukoll li kien ħatar bord bil-għan li jevawla u jagħti rakkomandazzjonijiet dwar l-operat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

 

More in Politika