Marina f'Wied il-Għajn: 'Jekk il-PM Abela jinjorana wara llejla se jkompli jsibna nipprotestaw fit-toroq'

Wayne Flask intervistat mill-gazzetta ILLUM ...

Wayne Flask waqt il-protesta llejla f'Wied il-Għajn
Wayne Flask waqt il-protesta llejla f'Wied il-Għajn

L-attivist ta' Moviment Graffitti Wayne Flask wissa li jekk il-Gvern, imma b'mod speċjali l-Prim Ministru Robert Abela  - li fil-fatt jgħix Wied il-Għajn - "se jibqa' jwebbes rasu u jinjora ir-residenti Skalin u jinjora l-protesta tal-lejla se jsibna nkomplu nipprotestaw fit-toroq ta' Wied il-Għajn."

Dan qalu f'intervista mal-gazzetta ILLUM li se tkun ppubblikata nhar il-Ħadd li ġej. 

Illejla saret protesta f'Wied il-Għajn kontra yaght marina fil-lokalità
Illejla saret protesta f'Wied il-Għajn kontra yaght marina fil-lokalità

Illejla l-Moviment Graffitti flimkien ma' għaqdiet ambjentali u residenti ta' Wied il-Għajn ipprotestaw kontra proposta biex issir yacht marina kbira fil-bajja ta' din il-lokalità. Il-Kunsill Lokali vvota kontra din il-proposta, filwaqt li numru ta' residenti qed jisħqu li dan ifisser telf ta' baħar li jgħumu fih. Huma qed jilmentaw li l-baħar se jsir "parkeġġ għas-sinjuri probabbilment mehdija jonfqu f’inħawi oħra tal-gżira."

Ara x'inhuma l-ilmenti ġenerali tar-residenti: Hawnhekk

Ara kif is-Sindku Mario Calleja qed jipproponi referendum: Hawnhekk

Ara x'qalet l-ADPD dwar dan il-proġett: Hawnhekk

 

More in Politika