Chris Fearne jsegwi perjodu ta' iżolament wara li membru tal-familja jinstab pożittiv għall-COVID-19

Dan minkejja li mhuwiex pożittiv għall-COVID-19

Il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, se jkun qiegħed isegwi perjodu ta' iżolament wara li membru tal-familja ħareġ pożittiv għal COVID-19.

L-Uffiċju tad-Deputat Prim Ministru stqarr li Fearne mhuwiex pożittiv għall-coronavirus iżda se jkun qed jaħdem mid-dar skont id-direttivi maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Malta bħalissa qegħda tgħaddi minn żieda ta' każi filwaqt li nhar il-Ġimgħa tant li l-Awtorità tas-Saħħa ħabbret li mill-14 ta’ Lulju, Malta mhux se taċċetta turisti li ma jkollhomx ċertifikat tal-vaċċin, filwaqt li se jkunu qed jingħalqu wkoll l-iskejjel tal-Ingliż.

 

 

More in Politika