Azzopardi jimplika lil Carmelo Abela fis-serqa tal-HSBC, jgħid li għaddew ċwievet foloz u li kien imwiegħed €300,000

Jason Azzopardi jgħid lil Carmelo Abela li 'aħjar il-qabar ta' kristu milli nkun kompliċi fil-hold up tal-HSBC'

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi rreaġixxa għal xi kummenti magħmulin mil-MInistru Carmelo Abela, dwaru f'reazzjoni għall-investigazzjoni li l-Kummissarju tal-Istandards għamel fuq l-istess Abela. 

Għal referenza minn Abela, dwar mawra li kien għamel f'Ġerusalemm id-Deputat Azzopardi qal li "aħjar il-qabar ta' Kristu, milli nkun kompliċi fil-hold up tal-HSBC.  Aħjar il-qabar ta' Kristu milli nkun kompliċi mal-moħħ tal-hold up billi naghti filmati ta' ġewwa l-bank u ċwievet foloz.  Ahjar il-qabar ta' Kristu milli nkun komplici f'hold up bil-wegħda ta' €300,000 mis-serqa."

Il-Ministru Carmelo Abela intant ħabbar li se jiftaħ proċeduri legali 'minnufih' dwar dik li sejjaħ 'gidba faħxija' u qal li jrid jara illi Azzopardi jħallas ta' għemilu.  Ara hawnhekk x'qal eżatt il-Ministru Abela

Hu kien qed jirreferi għas-serqa tal-HSBC f'Ħal Qormi lura fl-2010, b'Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu jgħid li kompliċi f'din l-attentata serqa hemm eks Ministru u Ministru fil-Kabinett kurrenti.  Din is-serqa kienet spiċċat ħażin b'persuna midruba wara li dawk li kienu daħlu biex jisirqu sparaw lejn in-nies. 

Il-Koħħu fil-Qorti qal li hu kien imdaħħal "f'biċċa xogħol kbira" li kienet tinvolvi wkoll lil eks MInistru u Ministru kurrenti.  Fil-Parlament Azzopardi kien qal li ftit wara s-serqa l-eks Ministru Chris Cardona kien ġie arrestat, xi ħaġa li Cardona ċaħad. 

Qaluli li l-Ministru Carmelo Abela illum kiteb fil-konfront tieghi, minghalih jghajjarni bil-"qabar ta' Kristu" u b' "...

Posted by Jason Azzopardi on Friday, April 9, 2021

Aktar minn hekk id-Deputat Nazzjonalista qal illi l-mandant ta' din is-serqa saħansitra ċempel lix-xhieda jheddidhom. 

Il-Ministru Abela kien fl-aħbarijiet wara li rapport fuq is-sit newsbook qal li l-Kummissarju għall-Istandards ikkonkluda li l-Ministru kiser l-etika meta uża fondi pubbliċi biex jagħmel riklami tiegħu nnifsu fuq il-gazzetti.  Il-Ministru Edward Zammit Lewis u d-Deputat Laburista Glenn Bedingfield talbu lill-Ispeaker Anġlu Farrugia biex tinfetaħ investigazzjoni dwar leaks li fi kliemhom qed isiru kontinwament.

 

More in Politika