Il-Ministru Abela se jieħu passi legali minnufih kontra Jason Azzopardi: 'Irid iħallas ta' għemilu'

Il-Ministru Abela jgħid li Bernard Grech se jkollu 'ħafna xi jwieġeb'

Il-Ministru Carmelo Abela wieġeb għall-implikazzjoni tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. 

Iktar kmieni Azzopardi implika lil Abela fil-hold up tal-HSBC tal-2010 u qal illi saħansitra min kien imdaħħal kien imwiegħed €300,0000.

Ara hawnhekk x'qal eżatt Jason Azzopardi. 

"Niċħad kategorikament u bl-aktar mod assolut il-gideb malafamanti u moqżież li għamel fuqi d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.  Se nkun qed nieħu l-passi legali kollha meħtieġa minnufih biex niddefendi l-integrita' tiegħi minn din il-fabbrikazzjoni maħmuġa u faħxija, u Jason Azzopardi jħallas ta’ għemilu."

Il-Ministru Abela akkuża lill-Partit Nazzjonalista "qiegħed konfoffa mal-kriminali u qed jaħdem id f’id magħhom.  Bernard Grech se jkollu ħafna x’iwieġeb," temm jgħid Abela fil-messaġġ tiegħu fuq Facebook.

More in Politika