Alex Sciberras se jerġa’ jikkontesta għall-kariga ta’ President tal-Partit Laburista

Il-President tal-Partit Laburista Alex Sciberras ħabbar li se jerġa’ jikkontesta għall-kariga, u qal li jemmen li l-partit għandu jkun miftuħ għal “nies, ideat u mistoqsijiet diffiċli”

Alex Sciberras, President tal-Partit Laburista
Alex Sciberras, President tal-Partit Laburista

Il-President tal-Partit Laburista Alex Sciberras ħabbar li se jkun qed jikkontesta mill-ġdid l-elezzjoni għall-istess kariga.

“Fl-aħħar sentejn, flimkien ksibna ħafna u wettaqna riżultati importanti. Iżda x-xogħol għadu mhux lest,” qal Sciberras fuq Facebook.

Sciberras ġie elett President tal-Partit Laburista fl-2024 wara li għeleb lil Norma Saliba b’14-il vot.

Sciberras qal li jemmen li l-Partit Laburista għandu jkun miftuħ għal “nies, ideat u mistoqsijiet diffiċli”.

“[Nemmen f’] Partit li jibni fuq dak li kiseb, iżda li għandu wkoll il-kuraġġ jagħraf fejn jeħtieġ jinbidel sabiex jiffaċċja l-isfidi li ġejjin,” qal.

Sciberras qal li s-saħħa tal-partit tinsab fil-kapaċità tiegħu “li jisma’, jitgħallem u jkompli joħloq dak li ġej fil-futur”.

“L-istorja tgħallimna li l-akbar saħħa tagħna bħala moviment tibqa’ l-kapaċità tagħna li nagħrfu s-sejħa tal-mument u l-kuraġġ li nwieġbu għaliha,” qal. “Jiena konvint li flimkien nistgħu nerġgħu nagħmluha.”

More in Politika