L-Assoċazzjoni tat-Turiżmu f'Għawdex tappella għal tkabbir tal-Port tal-Imġarr

Dan l-appell jiġi fl-isfond tat-tneddija ta' servizz ta' ferry ġdid bejn Għawdex-Buġibba-Ta' Sliema

L-Assoċazzjoni tat-Turiżmu f'Għawdex (GTA) laqgħet it-tneddija ta' servizz ta' ferry ieħor bejn Malta u Għawdex li jsaħħaħ il-konnetivita' bejn iż-żewġt igżejjer. Huma jgħidu wkoll li l-introduzzjoni ta' dan is-servizz jgħati iżjed importanza t-tkabbir tal-Port tal-Imġarr.

L-assoċazzjoni qalet li dan is-servizz il-ġdid ħa jżid iżjed pressjoni fuq l-istess port u għalhekk il-Port tal-Imġarr għandu bżonn jitkabar sabiex jakkomoda din id-domanda ġdida.

Il-Ministeru għall-Għawdex kien issottometta applikazzjoni tal-ippjanar fl-2019 sabiex tinbena triq triq li taqta minn Ġnien Migiarra għal Triq l-Imġarr, u b'hekk titneħħa r-roundabout fuq l-għolja. Madankollu, fl-2023 il-Ministeru qal li dawn il-pjannijiet twarbu.

Is-servizz tal-ferry ġdid li ħa jibda minn Ta' Sliema, jieqaf Buġibba u jasal Għawdex, għandu jibda jaħdem f'Awwissu, skont il-Ministru għat-Trasport Chris Bonnett.

More in Politika