Il-Covid Action Team tal-Partit Nazzjonalista laqa' l-kawtela li biha tħabbru l-miżuri iktar kmieni llum f'dak li jirrigwarda r-rilaxx ta' numru ta' miżuri kontra l-Covid-19.
Ara hawnhekk x'kienu l-miżuri li ħabbar il-Gvern iktar kmieni llum.
"Wara li ftit tal-ġimghat ilu, sforz id-dikjarazzjonijiet irresponsabbli tal-Prim Ministru, pajjiżna kellu jaffaċċja l-istess miżuri li kien addotta sena ilu meta bdiet l-imxija tal-COVID," qal il-PN fi stqarrija/
"Dan jirrifletti li fl-aħħar il-Gvern qiegħed jieħu l-pariri tax-xjentisti u tal-esperti mediċi. Dan isegwi dak li l-Partit Nazzjonalista kien ilu jisħaq fuqha għal bosta xhur," sostna fi stqarrija.
Il-COVID Action Team tal-Partit Nazzjonalista intant qed jibqa’ jinsisti fuq il-bżonn urġenti ta’ aktar screening riġidu fil-port u l-ajruport ta’ pajjiżna, minħabba l-varjanti eżistenti tal-virus u oħrajn ġodda.
Il-PN sostna li huwa importanti wkoll li fis-settur edukattiv tkompli tingħata attenzjoni massima sabiex ma jerġgħux jiżdiedu l-każijiet filwaqt li jseħħ djalogu mal-unjins u l-istakeholders kollha qabel jittieħdu d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw lilhom.
Intant il-PL akkuża lill-PN b'inkonsistenza u sostna li gġall-PN l-unika triq u soluzzjoni kienet lockdown.