Gulia jirriżenja minn Deputat sigħat wara li jiġi elett ... se jibqa' Chairman tal-MTA

.... l-għada tal-elezzjoni każwali li fiha kien elett Gavin Gulia, l-istess Gulia jirriżenja u se jibqa' Chairman tal-MTA

Gavin Gulia rriżenja illum stess mill-Parlament, ftit iktar minn 24 siegħa wara li kien elett Deputat Laburista, wara elezzjoni każwali li saret ilbieraħ u ftit biss wara li kien ħa l-ġurament.  Gulia għalhekk mistenni jibqa' Chairman tal-MTA, fuq talba tal-Prim Ministru Robert Abela stess. 

Gavin Gulia rebaħ elezzjoni każwali li saret ilbieraħ wara taqtiegħa bejnu u Jeffrey Pullicino Orlando.  L-eks Sindku Laburista Charles Azzopardi li fil-verità kien fuq quddiem fl-għadd skont l-elezzjoni ġenerali u l-aħħar li waqa' mit-tlieta li kkontestaw l-elezzjoni każwali, kien l-ewwel wieħed li ġie eliminat mill-proċess ilbieraħ.

Dan ifisser illi issa nfteħet triq għal co-option oħra, li mistennija tkun it-tielet co-option wara dik ta' Miriam Dalli u Clyde Caruana.

Intant il-Partit Nazzjonalista akkuża lill-PM illi b'din il-mossa waqqa' lill-Parlament għaż-żufjett.  Ara r-reazzjoni sħiħa hawnhekk

More in Politika