Azzopardi jinqala' mit-tiġrija ... Gavin Gulia elett deputat minflok Edward Scicluna

Charles Azzopardi ġie eliminat  - wara taqtiegħa ħarxa bejn Gavin Gulia u Jeffrey Pullicino Orlando, Culia jiġi elett

Gavin Gulia fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti
Gavin Gulia fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti

Gavin Gulia se jkun qed jieħu post l-eks Ministru Edward Scicluna, wara li rebaħ elezzjoni każwali li ratu jispiċċa t-tirġrija b'2,216-il vot. Dan wara taqtiegħa ħarxa li rat lil Charles Azzopardi eliminat u lil Gulia u lil Jeffrey Pullicino Orlando b'seba' voti biss bnejniethom. 

Fl-ewwel kummenti tiegħu, Gulia kkonferma li issa se jkun qed jirriżenja minn Chairperson tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u insista li huwa sodisfatt ħafna li se jerġa' jirritorna lura fil-Parlament.

Wara li ġew magħduda l-voti ta' Azzopardi, biex isir magħruf fejn mar il-wirt tiegħu, Gulia kiseb 2,216-il vot u Pullicino Orlando 1,750. 

Aktar Kmieni: L-eks Sindku Rabti Charles Azzopardi kien l-ewwel wieħed li ġie eliminat f'elezzjoni każwali biex jintela' post Edward Scicluna u dan minkejja li fl-elezzjoni ġenerali tal-2017 kien l-aħħar wieħed li ġie eliminat. 

Azzopardi kiseb 1,028 vot. 

Dan iħalli tiaqtiegħa ħarxa bejn Gavin Gulia u Jeffrey Pullicino Orlando b'seba' voti biss 'l bogħod minn xulxin, hekk kif Gulia kiseb 1,486 vot u Pullicino Orlando kiseb 1,479. 

Issa jibdew jinbgħaddu l-voti ta' Azzopardi biex ikun determinat min wiret l-aktar voti mingħandu, jekk hux Pullicino Orlando jew inkella Gulia.

Azzopardi kien fiċ-ċentru tal-attenzjoni wara li storja tal-ILLUM kienet irrappurtat kif bejn is-sena 2014 u l-2017, ġew irreġistrati ruxmata pagamenti dubjużi minn nies viċin is-Sindku u li qajmu suspett kbir ta’ miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi u korruzzjoni. Fost dawn hemm direct orders lil handyman u kważi lil diversi membri tal-familja tiegħu.

L-ILLUM kienet saħansitra infurmata li l-Pulizija saħansitra marru fil-bini tal-Kunsill Lokali u ħadu xi dokumenti relatati ma’ xogħol tal-kunsill.

Min-naħa tiegħu, Azzopardi kien akkuża lill-PL b'manuvri malizzjużi u kien deher ukoll fuq l-istazzjoni tal-PN jitkellem dwar il-każ tiegħu.

L-għadd tal-voti fl-elezzjoni każwali fis-seba' distrett
L-għadd tal-voti fl-elezzjoni każwali fis-seba' distrett

Ftit tal-jiem ilu sar magħruf li Azzopardi huwa tesserat tal-Partit Nazzjonalista u saħansitra vvota fl-elezzjoni għall-kap tiegħu.

Nhar il-Ħadd li għadda, meta l-gazzetta ILLUM kienet qed tintervista lill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech dan sostna li jekk jiġi elett, Azzopardi u ma jħossux komdu jpoġġi mal-Partit Laburista, jista' jkun parti mill-Oppożizzjoni billi jpoġġi mal-kandidati indipendenti. 

Aqra hawn kif kien wieġeb Azzopardi għall-allegazzjonijet.

More in Politika